Nixtiequ ngħarrfukom li nhar il-Ħadd, it-30 t’Ottubru 2016, il-Knisja f’Malta se torganizza l-Ġublew tal-Familja - ġurnata t’attivitajiet u divertiment għall-Familja kollha. Dan l-avveniment se jiftaħ b’quddiesa fid-9am bil-parteċipazzjoni ta’ uħud mill-istudenti tal-iskola tagħna li jiffurmaw parti mill-kor One in Christ. Il-quddiesa se tkun trażmessa dirett fuq TVM 2. Il-kumplament tal-programm tistgħu tarawh fuq is-sit: http://laikos.org/gublew-familja-2016.htm
Saħħa u barkiet dejjem
Sr Elaine Mifsud
Assistenta Kap